Gennaro Gattuso jiftakar meta ltaqa’ ma’ Sean Connery

Il-coach ta’ Napoli Gennaro Gattuso żvela li l-attur Skoċċiż famuż għall-films ta’ James Bond, Sean Connery, kien talbu sabiex ma jitlaqx lil Glasgow Rangers. Fil-fatt Gattuso kien jilgħab mat-team mill-belt ta’ Glasgow fl-istaġun 1997-98 fejn spikka ferm fl-34 partita li lagħab filwaqt li skorja erba’ goals.

Gattuso qal li ltaqa’ darba ma’ Sean Connery li kien Skoċċiż u partitarju kbir ta’ dan it-team. Dak iż-żmien il-president ta’ dan il-klabb kien David Murray li kien ħabib kbir ta’ Connery.

Gattuso qal li xtaq jibgħat il-kondoljanzi lill-familja tiegħu u sostna li jibqa’ jiftakar dak il-mument partikolari meta kellu diskorsata miegħu.

Share With: