Georgino Wijnaldum fir-radar ta’ Inter

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Liverpool Georginio Wijnaldum jinsab attirat minn offerta li qed jagħmlulu Inter. Jidher li d-direttur sportiv tan-Nerazzurri, Giuseppe Marotta, diġá għamel kuntatt mad-diriġenti tar-Reds sabiex jaslu għal dan il-player.

Il-kuntratt ta’ Wijnaldum jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun għalkemm l-ogħla awtoritajiet tat-team li jilgħab f’Anfield jixtiequ li jġeddulu dan il-ftehim.

Wijnaldum għandu 30 sena u s’issa lagħab 149 partita ma’ Liverpool fejn skorja 14-il goal. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Feyenoord, PSV Eindhoven u Newcastle United.

Share With: