“Għadu kmieni wisq biex nibda niġi pparagunat ma’ Paul Gascoigne” – Jack Grealish

Il-winger ta’ Aston Villa Jack Grealish insista li jeħtieġlu jipparteċipa f’tournament maġġuri qabel jista’ jibda jiġi kkumparat mal-leġġenda Ingliża, Paul Gascoigne.

Grealish jidher li fl-aħħar ikkonvinċa lill-manager tal-Ingilterra, Gareth Southgate, bil-kwalitajiet tiegħu wara li kellu prestazzjonijiet mill-aqwa fl-aħħar tliet partiti tat-Three Lions kontra l-Irlanda, il-Belġju u l-Islanda f’liema partita l-Ingliżi rebħu bl-iskor kbir ta’ 4-0.

L-istil ta’ logħob li qed juri Grealish qed jiġi kkumparat bis-saħħa ma’ dak tal-ex player ta’ Tottenham, Rangers u Lazio, Paul Gascoigne, li sar ikona nazzonali fl-Ingilterra wara wirjiet mill-aqwa li kellu fit-Tazza tad-Dinja tal-1990 u l-Kampjonati Ewropej tal-1996.

Grealish ammetta li huwa ammiratur kbir ta’ Gascoigne iżda jista’ jibda jiġi pparagunat ma’ Gascoigne biss jekk jissejjaħ mal-iskwadra nazzjonali Ingliża fil-Kampjonat Ewropew tas-sena d-dieħla u fit-Tazza tad-Dinja tal-2022.

F’kummenti li Grealish għadda dwar Gascoigne, huwa qal li: “Rajt id-dokumentarju dwaru fuq Netflix bosta drabi. Jogħġobni l-karattru tiegħu kemm fil-pitch kif ukoll barra minnu.”

“Jogħġobni wkoll il-mod ta’ kif kien jilgħab il-football b’daqshekk libertá u kuntentizza. Tisma’ bosta persuni li jgħidu li tant kienu jieħdu gost jarawh jilgħab, u fl-opinjoni tiegħi, dak huwa l-ikbar kumpliment li player jista’ jirċievi.”

Share With: