Għaxar postijiet vakanti ta’ edukaturi

Bejn skejjel medji u skejjel sekondarji hemm disa’ postijit vakanti ta’ edukaturi. Qalet dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana waqt li kienet qed tirrispndi mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli.

Erbgħa mill-postijiet vakanti huma fis-suġġett tal-Ingliż, tnejn fil-Fiżika, wieħed fil-Matematika, ieħor fl-Istorja, u ieħor fl-Inġinerija. Tnejn minn dawn il-postijiet vakanti jinsabu fl-Iskola tas-sekondarja ta’ Pembroke.

Il-Ministru Caruana żiedet tgħid li tinsab informata wkoll li fis-suġġetti vokazzjonali hemm post wieħed vakanti fl-Engineering Technology.

Share With: