Grand Prix: Miraklu li Romain Grosjean baqa’ ħaj

Romain Grosjean ħelisha ħafif minn ħalq il-mewt wara li sofra ħruq f’saqajh u injuries oħra kawża ta’ inċident serju u terrifikanti li kien involut fih fil-Grand Prix tal-Bahrain.

Il-karozza tas-sewwieq Franċiż Haas baqgħet dieħla ġol-barriers, inqasmet fi tnejn u saret ħuġġieġa nar fl-ewwel dawra tat-tellieqa li kawża ta’ hekk twaqqfet.

Jidher li fortunatament għalih, Grosjean ma tilifx ħajtu minħabba apparat sofistikat li għandu l-elmu u li jipproteġilu rasu.

Is-sewwieq Ingliż champions tad-dinja tal-1996 Damon Hill qal li huwa miraklu li Grosjean għadu ħaj. Hill kien sieħeb Ayrton Senna fit-team  tal-Williams meta l-ex sewwieq leġġendarju Brażiljan kien miet f’inċident ikrah fil-GP ta’ San Marino.

Intant, is-sewwieq tal-ambulanza li kien waqt il-qadi ta’ dmirijietu waqt dan il-GP tal-Bahrian, Alan van der Merwe, baqa’ wkoll sorpriż kif Grosjean ma tilifx ħajtu hekk kif tenna li fi 12-il sena servizz qatt ma ra daqshekk nar f’aċċident.

Huwa kompla li l-fatt li huwa ħareġ waħdu mill-karozza u mingħajr għajnuna ta’ ħadd ikompli jikkonfema kemm dan tabilħaqq kien miraklu.

Share With: