Hakan Calhanoglu attirat minn Manchester United

Hekk kif Manchester United qed ikomplu jsusu wara l-midfielder offensiv, Hakan Calhanoglu, jidher li għal dan tal-aħħar se tkun ferm diffiċli li jġedded il-kuntratt mal-club tiegħu AC Milan. Il-plejer Tork għandu ftehim mar-Rossoneri sa Ġunju 2021 u wara l-wirjiet tajbin li qed jipproduċi f’nofs il-ground, ix-xewqa ta’ kull partitarju Milanist hu li jqatta’ aktar żmien fi Stadio San Siro.

Madankollu Manchester United huma lesti li joffrulu kuntratt interessanti li bih ikun jista’ jmur jilgħab f’Old Trafford.

Calhanoglu għandu 26 sena u ilu ma’ AC Milan sa mis-sena 2017. Minn dakinhar lagħab 108 partiti u skorja 18-il goal.

Share With: