Hamrun Spartans jirritornaw għar-rebħ

Minn Cristian Muscat – ritratt: Domnic Borg

Hamrun Spartans …… 4

Zejtun Corinthians …..0

Hamrun Spartans irritornaw għar-rebħ, wara nuqqas ta’ erba’ partiti, meta għelbu lil Zejtun Corinthians bl-iskor kbir ta’ 4-0. Kif jindika r-riżultat huma ddominaw għal kollox dan il-konfront u kien jimmeritahom din ir-reb­ħa.

L-ewwel periklu wasal, fl-14-il minuta mill-Corinthians meta xutt ta’ José Junior minn barra l-kaxxa ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Manuel Bartolo, li dawwar f’corner bi bravura megħjun mill-mimduda.Tliet minuti wara reġa’ kien Bartolo li salva fuq David Reid.

Kien fl-20 minuta li l-Ispartans wieġbu għall-ewwel darba meta minn corner dirett, il-ballun kważi qarraq għal kollox bil-goalkeeper Christian Cassar, li iżda kien pront u salva tajjeb megħjun mill-wieqfa.

Iżda fl-24 minuta huma fetħu l-iskor minn JORGE AILTON SOARES permezz ta’ xutt mill-viċin.

U biex l-affarijiet ikom­plu sejrin ħażin għall-Corin­thians, fl-34 minuta, huma spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Fernando Gomes għal żewġ karti sofor fi spazju ta’ ħames minuti.

Fil-56 minuta, il-Ħamuniżi resqu viċin iżda x-xutt ta’ Juan Carlos Corbalan għadda ftit barra.

Peró, fit-63 minuta huma skorjaw it-tieni goal permezz ta’ xutt mill-qrib ta’ JORGE AILTON SOARES biex b’hekk irreġistra doppjetta.

Fl-74 minuta, huma komplew ikabbru l-iskor minn xutt qawwi li ma jaħfirx ta’ PREDRAG DJORDJEVIC, ma ta l-ebda ċans lil Christian Cassar isalva. 

U żewġ minuti biss wara, il-Ħamruniżi ssiġillaw ir-reb­ħa b’xutt qawwi ta’ FRANKLIN SASERE mill-viċin li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Żejtuni jsalva.

Fid-79 minuta, huma setgħu  skorjaw il-ħames goal  meta Djordjevic kellu xxutt angolat indirizzat lejn is-saqaf tax-xibka iżda sab lil Christian Cassar attent li salva b’mod spettakolari.

HAMRUN S.: 26-Manuel Bartolo (24-Matthias Debono 79), 4-Darko Gojkovic, 5-Matthew Guillaumier, 6-Arthur Oyama (30-Karl Micallef 68), 7-Joseph Essien Mbong, 10-Jorge Ailton Soares (3-Nikolai Micallef 79), 17-Franklin Olanitori Sasere, 23-Elkin Serrano Valero, 28-Juan Carlos Corbalan, 29-Predrag Djordjevic (99-Darren Borg 79), 91-Emerson Marcelina (20-Ige Abdullahi Adeshina 77)  – Coach: Mark Buttigieg

ZEJTUN C.: 1-Christian Cassar, 4-Diego Albanese, 5-Lucas Gama Moreira, 9-Kemar David Reid (7-Adrian Carabott 68), 10-Jurgen Suda (8-Dylan Agius 46), 15-Marcelo Pereira Muniz (19-Gianluca Bugeja 79), 21-Jose Fernando Gomes Junior, 22-Vitor Da Silva Vieira, 24-Edward Herrera (18-Christian Grech 68), 27-Neil Tabone, 86-Anderson De Barros  – Coach: Orosco Anonam

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Darko Stankovic

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: J. Ailton Soares 24, 63, P. Djordjevic 74, F. Olanitori Sasere 76 (H)

AMMONITI: J. F. Gomes Junior (2), E. Herrera, V. da Silva Vieira, D. Albanese (Z), M. Guillaumier, E. Serrano Valero (H)

TKEĊĊA: J.Gomes 34 (ZC)

Share With: