Iċedu partijiet minn binja f’Tal-Pietà

B’xorti tajba jidher li ħadd ma weġġa’ wara li ċediet parti minn binja fi Triq Zammit Clapp, fil-Pietà.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar wara li waqa’ ċ-ċint tal-bejt u parti mill-gallarija tal-binja li għaddej xogħol ta’ rinnovar fuqha.

Kaġun ta’ dan it-triq kellha tingħalaq temporanjament.

Fuq il-post marru immedjatament uffiċjali tal-Pulizija li qed jiżvolġu l-investigazzjonijiet tagħhom.

Share With: