Ikomplu jitilgħu l-każijiet tal-Covid-19 fl-iskwadra Urugwajana

In-numru ta’ każijiet ta’ Covid-19 fl-iskwadra tat-team nazzjonali Urugwajan issa tela’ għal 16 wara li mill-aħħar swab test li sar, instabu aktar players pożittivi.  

Sadanittant wara dawn l-aħħar każijiet, l-awtoritajiet tas-saħħa Urugwajani se jkunu qed jimmultaw lill-federazzjoni tal-football lokali wara li naqsu milli jsegwu l-protokoll mediku miftiehem aktar qabel.  

Fl-aħħar ħinijiet id-difensur ta’ Cagliari, Diego Godin, instab pożittiv filwqt li l-kollega tiegħu fl-istess team, Nahitan Nandez, inżamm fi kwarantina bħala prekawzjoni. B’hekk b’kollox hemm 10 plejers li jinsabu pożittivi għall-Covid-19 b’dan il-fatt li xejn m’hu jogħġob lill-klabbs fejn jilagħbu minħabba li se jkollhom joqogħdu mingħajrhom għat-tliet ġimgħat li ġejjin.  

Share With: