“Il-bars u l-każini se jibqgħu magħluqin fil-ġimgħat li ġejjin” – Il-PM Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jiġi estiż l-Avviż Legali dwar il-bars għal ġimgħat li ġejjin u li l-barijiet mhux se jiftħu fix-xahar li ġej. Abela qal li dan ġie deċiż wara diskussjonijiet mad-Deputat Prim Ministru, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-awtoritajiet tas-saħħa.

Abela qal dan waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Qal li din id-deċiżjoni ttieħdet ukoll bi prekawzjoni waqt l-istennija għall-vaċċin li jinsab biss ġimgħat bogħod.

Share With: