Il-GWU b’tilwima industrijali mat-Teatru Manoel

Fl-aħħar ġimgħat, it-Taqsima GWU Ospitalità U Ikel irreġistrat tilwima industrijali mat-Teatru Manoel minħabba nuqqas ta’ progress fit-taħditiet dwar il-ftehim kollettiv u minħabba li ma żammewx mal-miżuri bażiċi fid-dawl tal-protokolli relatati mal-Covid-19.

It-Taqsima qalet li għadha mingħajr risposta dwar l-imsemmi ftehim kollettiv, li kien wasal fi stadju avvanzat pero’ jidher li għal xi raġuni t-taħditiet waqfu.

L-istess Taqsima żiedet tgħid li tat struzzjonijiet bbażati fuq il-miżuri dwar il-Covid-19 fejn kienet talbet ukoll risk-assessment, iżda sa issa baqgħu mingħajr risposta.

It-Taqsima GWU Ospitalità u Ikel temmet tisħaq li qiegħda tirriserva d-dritt li tieħu azzjonijiet ulterjuri f’każ li ma jkunx hemm progress fit-taħditiet.

Share With: