Il-ħaddiem li qajjem furur fuq il-midja jitlob apoloġija wara li spiċċa mhedded u mkeċċi mix-xogħol

Wieħed mill-ħaddiema involuti fil-funeral tal-plejer leġġendarju Diego Maradona tkeċċa wara li ġibed ritratt tiegħu flimkien mal-katavru tal-plejer fi Buenos Aires.

Ir-raġel qiegħed jitlob maħfra wara li kawża tar-ritratti li nxterdu fuq il-midja soċjali qajmu furur fost dawk li tant kellhom rispett lejn Maradona.

Claudio Fernandez tkellem ma stazzjon tar-radju barrani fejn esprima d-dispjaċir tiegħu u qal li dawk ir-ritratti kienu xi ħaġa tal-mument u li minħabba fihom mhux biss tilfu l-impjieg hu, ibnu u persuna oħra, iżda wkoll rċevew theddid fuq ħajjithom.

Share With: