Il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA b’34 safra f’sena u disa’ xhur li swew €102,000

Fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa dwar kemm-il vjaġġ għamel fis-snin meta kien il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, Joseph Cuschieri.

Hu talab ukoll min akkumpanjah fuq kull vjaġġ, kemm swew il-vjaġġi li saru u fejn kienet id-destinazzjoni. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna wieġeb billi ppreżenta statistika tal-vjaġġi. Minnha jirriżulta li f’sena u disa’ xhur, saru 34 vjaġġ bi spiża ta’ €102,000.

Share With: