Il-Każi attivi jibqgħu jiżdiedu b’aktar każi ġodda minn fejqan

In-numru ta’ każi attivi matul dawn l-aħħar 24 siegħa komplew jiżdiedu, b’140 każ ġdid minn 3,093 swab tests filwaqt li kien hemm 117-il persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa qed jammontaw għal 2,155 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 22 każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, 18-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol u 14-il każ relatat ma’ kuntatt dirett ma’ każi oħrajn pożittivi.

Share With: