Il-każi attivi jiżdiedu bi ftit b’aktar każi ġodda minn fejqan

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq in-numru ta’ persuni li fiequ, hekk kif minn 3,033 swab test kienu reġistrati 143 każ ġdid filwaqt li fiequ 139 persuna. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi żdied għal 2,062.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 22 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom diġà pożittiv għall-Covid-19, erba’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol u  żewġ każi ta’ persuni li kienu ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi.

Share With: