Il-komunità Rabtija b’aħbar pożittiva b’rabta mal-kundizzjoni ta’ saħħa tat-tabib Joe Ferrigi

Il-komunità Rabtija għadha kemm xerrdet l-aħbar sabiħa li t-tabib Joe Ferriggi  tant maħbub u rispettat għax-xogħol tiegħu għadu kemm ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

It-tabib Joe Ferriggi matul l-ewwel ġimgħat tal-pandemija kompla jħeġġeġ lill-pubbliku inġenerali biex jieħu l-pandemija bis-serjetà. Huwa kien jaqsam mal-pubbliku xi informazzjoni li tajjeb li wieħed ikun jaf b’rabta mal-pandemija.

Ferriggi ddaħħal l-Isptar Mater Dei b’urġenza xi ġimgħat ilu u l-kundizzjoni tiegħu xejn ma kienet tajba tant li kien biss fl-aħħar jiem li beda juri sinjali ta’ titjib.

Share With: