Il-Korea t’Isfel b’numru ta’ players iżolati

Wara l-każijiet tal-Covid-19 li feġġew fost il-players tat-team nazzjonali Urugwajan, issa kien imiss li jkunu dawk tal-Korea t’Isfel li jbatu dawn mill-istess konsegwenzi.

Fil-fatt, kienu kkonfermati żewġ każijiet minn dan it-team u dawn huma membri mill-istaff tekniku u l-attakkant ta’ RB Leipzig Hwang Hee-Chan. Dawn jiżdiedu mas-sitt players u żewġ membri oħra tal-istaff li kienu nstabu pożittivi wara swab test li sarilhom. Dawn tal-aħħar ma lagħbux fil-partita ta’ ħbiberija li t-team nazzjonali tal-Korea t’Isfel kellhom kontra l-Messiku li tilfuha bl-iskor ta’ 3-2.

Fi stqarrija maħruġa mill-federazzjoni tal-football tal-pajjiż, huma sostnew li qed jaħdmu id f’id mal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex jimxu skond ir-regoli gwida f’każijiet bħal dawn.

Share With: