Il-Luqin jibku t-telfa ta’ “raġel ċajtier u dejjem lest biex ikun ta’ spalla għall-batut”

Il-Luqin qed jibku t-telfa ta’ Reno Spiteri, deskritt minn ħafna bħala raġel ċajtier u storbjuż u li kull fejn kien ikun erħilu jiġbor dawk l-erbgħa min-nies biex jisimgħu ċ-ċajt tiegħu.

Hu jibqa’ mfakkar għall-valuri tiegħu fosthom id-dedikazzjoni tiegħu biex iferraħ lil dawk li jkunu għaddejjin minn perjodu diffiċli, inluż pazjenti fl-isptar.

Fost l-għexieren ta’ persuni li sellmu l-memorja tiegħu fuq Facebook hemm is-Soċjetà Filarmonika ‘L-Unjoni’ A.D. 1880 li fakkret kemm kien kapaċi jgħin f’kollox, inklużi l-piroteknika, l-armar u fil-banda.

Spiteri se jingħata l-aħħar tislima għada f’Ħal Luqa fit-3:00 p.m.

Share With: