Il-Papa Franġisku jgħid li l-immigrazzjoni mhix theddida għall-Kristjaneżmu

Il-Papa Franġisku, li jitkellem ħafna favur id-drittijiet tar-refuġjati jemmen li l-immigrazzjoni mhix ta’ theddida għall-Kristjaneżmu. Dan ħareġ minn ktieb li ġie ppubblikat nhar it-Tnejn li għadda. 

Il-Papa qal li jekk wieħed jinjora lill-immigrant li qed ibati – ikun xi jkun it-twemmin reliġjuż tiegħu – minħabba biża’ ta’ theddid fuq il-kultura Kristjana hija idea li tmur kontra t-twemmin Kristjan. Huwa tenna li, “l-immigrazzjoni mhix theddida għall-Kristjaneżmu apparti f’moħħ dawk li jib- benefikaw billi jemmnu hekk.”

L-antenati tal-Papa huma immigranti Taljani li marru joqogħdu l-Arġentina. Huwa dejjem wera solidarjetà ma’ dawk l-immigranti li jaqsmu l-Mediterran bil-għan li jsibu ħajja aħjar. F’dan il-ktieb, li għandu l-isem Let Us Dream, il-Papa jgħid li, “id-dinjità tal-poplu titlob passaġġ siġur għall-immigranti u r-refuġjati li jkunu jistgħu jivvjaġġaw mingħajr biża’ fuq ħajjithom.” Huwa tenna li mhix aċċettabbli li tipprova twaqqaf l-immigrazzjoni billi tħalli lil mijiet ta’ persuni jmutu hekk kif jipprovaw jaqsmu l-ibħra jew id-deżerti. 

Share With: