Il-President George Vella b’appell biex tiżdied kuxjenza fuq l-effett li l-iżvilupp jista’ jkollu fuq il poplu kollu

Il-Ġimgħa filgħaxija, il-President ta’ Malta George Vella attenda għat-tnedija tal-ewwel edizzjoni tal pubblikazzjoni tal-‘Malta Architecture and Spatial Planning Awards 2019’.  

Fid-diskors tiegħu stqarr li dejjem emmen fil-prinċipju tas-sostenibbiltà sabiex nipproteġu u nħallu  ambjent san għall-ġenerazzjonijiet futuri. 

Filwaqt li fisser kif l-iżvilupp ma jistax jitwaqqaf, esprima l-importanza li fit-tfassil ta’ kwalunkwe  proġett, tiżdied il-kuxjenza fuq l-effett li dan se jkun qed ikollu, mhux biss għal min ikun qed iwettaq  il-proġett, iżda għall-poplu kollu.  

Il-President appella sabiex jitħares ukoll il-wirt kulturali, u dan mhux referenza biss għal binjiet  partikolari ta’ valur storiku iżda wkoll il-madwar tagħhom li jagħti valur sħiħ lil dawn l-istrutturi. Fuq  kollox li jkun ivvalorizzat il-karattru Malti, dak li kien, u dak li għad ikun. 

Temm billi feraħ lil dawk kollha preżenti u rringrazzja lill-Awtorità tal-Ippjanar għal din l-inizzjattiva  filwaqt li inkoraġġixxa lil professjonisti oħra biex jitfgħu n-nomina tagħhom għall-edizzjoni 2020 ta’ dawn il-premjijiet. 

Waqt din is-serata, tnediet ukoll it-tieni edizzjoni tal-MASP Awards filwaqt li ngħatat plakka  kommemorattiva lis-sidien ta’ binjiet li rebħu premjijiet fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet. 

Share With: