Il-Prim Ministru jgħid li l-pandemija m’għandhiex tiġi politiċizzata

“Ninsab iddispjaċut għall-kumment li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, għax il-kwisjtoni tal-pandemija m’għandhiex tiġi politiċizzata.” Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela f’kumment li għadda lill-ġurnalisti fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-pont ġdid minn Infrastructure Malta għall-mixi u r-roti f’Kordin b’referenza għal dak li qal ilbieraħ Bernard Grech dwar il-mewt ta’ Renald Falzon kaġun tal-Covid-19.

Waqt l-attività politika fiż-Żurrieq, Grech qal li l-Prim Ministru Abela għandu jieqaf jilgħab bil-ħajja tan-nies u għandha tintrefa’ responsabbiltà għall-mewt tas-sindku ta’ Ħal Qormi Renald Falzon, li fl-età ta’ 46 sena huwa l-iżgħar vittma tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Intant il-Prim Ministru qal li f’dan il-mument partikolari “għandna ningħaqdu flimkien bħala poplu Maltiu Għawdxi fejn l-ispirtu li għandu jirrenja huwa dak l-għaqda nazzjonali.”

Share With: