Il-Professur Oliveri Friggieri se jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funeral statali

Il-gvern ilbieraħ iddeċieda li l-funeral tal-Prof. Friggieri jiġi organizzat mill-Istat b’rikonoxximent għall-kontribut straordinarju li wettaq b’risq pajjiżna u niesu tul il-karriera tiegħu.  

Il-Professur Friggieri ma kienx biss kittieb prolifiku mill-aqwa u ġgant tal-letteratura Maltija, iżda x-xogħlijiet tiegħu tradotti f’diversi lingwi kisbu wkoll rikonoxximent fuq livell internazzjonali.  

Għaldaqstant, wara li lbieraħ ġiet komunikata d-deċiżjoni tal-gvern, illum l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu laqgħat mal-familja tal-Professur Friggieri biex flimkien magħhom isiru l-arranġamenti neċessarji fl-organizzazzjoni tal-funeral.  

Id-dettalji dwar il-funeral tal-Professur Friggieri jitħabbru aktar tard. 

Share With: