Il-vittmi tal-COVID-19 jitilgħu għal 137 bil-mewt ta’ erba’ anzjani oħra

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru, mietet fid-29 ta’ Novembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 94 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fir-Residenza St Vincent de Paule.

Fit-tielet każ anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni. 

Share With: