Il-vittmi tal-Covid-19 jitilgħu għal 85; Ikkonfermati li mietu erba’ persuni oħrajn

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li erba’ persuni mietu wqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li n-numru ta’ persuni li mietu s’issa f’pajjiżna jammonta għal 85.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Novembru, miet ilbieraħ, fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, raġel ta’ 61 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-23 ta’ Ottubru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 83 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-30 ta’ Ottubru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 99 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet matul dan il-lejl, fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba u appella biex kulħadd josserva l-miżuri ta’ prevenzjoni mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Share With: