Inter wara Arkadiusz Milik

Inter qed jaħsbu biex jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Pollakk Arkadiusz Milik. Huwa għandu 26 sena u jinsab barra mill-pjani tal-coach ta’ Napoli Gennaro Gattuso li m’hux jikkunsidrah għall-ebda kompetizzjoni. Bil-pandemija li ġabet problemi finanzjarji kbar lil diversi klabbs madwar l-Ewropa, Inter qed jaraw lil Milik bħala alternattiva li ma tantx tiswa flus u jista’ jingħaqad fi trio fl-attakk ma’ Lautaro Martinez u Romelu Lukaku. 

Milik kien fl-iskwadra nazzjonali Pollakka fil-logħba li huma tilfu kontra l-Olanda bl-iskor ta’ 2-1. Huwa ma kienx inkluż f’din il-partita u ħafna qed jgħidu li n-nuqqas ta’ football kompetittiv qed inaqqarlu aktar l-inklużjoni tiegħu fl-ewwel 11.

Milik hu għatxan li jmur ma’ team ġdid u Inter jistgħu jkunu s-soluzzjoni tiegħu minkejja li fil-ġimgħat li għaddew kien avviċinat ukoll minn Juventus u Roma. 

Share With: