Inter wara Miguel Almiron

Inter qed iħarsu b’interess lejn il-possibbiltá li jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder offensiv ta’ Newcastle United, Miguel Almiron. Huwa għandu 26 sena u hu mill-Paragwaj. Huwa qed jispikka ħafna f’nofs il-grawnd tal-Magpies u kemm ilu li ngħaqad magħhom, f’Settembru 2019, huwa skorja erba’ goals fi 53 partita għalkemm wettaq diversi assists. 

Sadanittant l-aġent tal-player, Daniel Campos, qal li għalkemm kien hemm interess min-naħa tan-Nerazzurri, ma kienx hemm żviluppi oħra f’dan ir-rigward. Huwa stenna lid-direttur sportiv tan-Nerazzurri, Giuseppe Marotta, iżda s’issa naqas milli jiltaqa’ miegħu. 

Almiron fil-passat lagħab ukoll ma’ Cerro Porteno, Lanus u Atlanta United. 

Share With: