Ir-raġel ta’ Efimova arrestat mill-Pulizija f’Ċipru

Ir-raġel ta’ Maria Efimova ġie arrestat mill-Pulizija f’Ċipru. Maria Efimova li ikkummentat dwar dan u kkritikat bil-qawwa lill-awtoritajiet Ċiprijotti u Maltin.

Enfasizzatt  li għax ma jistgħux iġibu lilha taħt idejhom, l-awtoritajiet Ċiprijotti arrestaw lil żewġha.

Il-każ dwar l-arrest tar-raġel ta’ Efimova jinvolvi kumpaniji f’Ċipru u fil-British Virgin Islands. Ma’ Efimova, akkużat bi sperġur hemm ukoll l-eks spettur Jonathan Ferris.

Ta’ min jgħid li ftit jiem ilu, Maria Efimova ikkummentat li minflok ma tawha status ta’ whistleblower dwar il-każ Egrant, l-awtoritajiet Maltin ħarġu mandat ta’ arrest ieħor fil-konfront tagħha.

Hi qalet li Malta diġà saret iċ-ċajta tal-Ewropa “minħabba l-prattiċi korrotti li jiddominawha”. Hija fakkret lill-poplu li huwa għandu l-poter li jwaqqaf lil min qiegħed “jeqred ir-reputazzjoni tal-pajjiż” u staqsiet “hemm xi ħadd li għandu l-guts?”

Hija kitbet dan b’reazzjoni għall-fatt li hi u Jonathan Ferris u qed jiġu akkużati b’ġurament falz meta xehdu quddiem l-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant.

Share With: