Ir-residenza San Ġużepp tħabbar li hija ħielsa mill-Covid-19

Ir-residenza San Ġużepp fil-Fgura ħabbret li bħalissa tinsab ħielsa mill-Covid.

Dan wara li f’Settembru, mill-278 resident f’Residenza San Ġużepp, kien hemm 113 minnhom li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Dak iż-żmien, il-maniġment ta’ din ir-Residenza qalu li wieħed mill-miżuri li kienu qed jieħdu biex jikkontrollaw l-imxija tal-virus kien li jisseparaw lir-residenti skont ir-riżultat tat-test. Għaldaqstant każi pożittivi, dawk negattivi u residenti li qed jinżammu fi kwarantina ma kinux qed jiġu f’kuntatt ma’ xulxin. 

Fil-25 ta’ Settembru, ir-Residenza kienet ħabbret li kien kemm 33 persuna li fieqet filwaqt li l-għada qalet li kien hemm 22 persuni oħra li fiequ, biex b’hekk it-total ta’ każijiet ta’ fejqan żdied għal 55.

Fit-2 ta’ Ottubru, ir-Residenza kienet qalet li kellha 33 każ attiv, filwaqt li total ta’ 82 resident kienu fiequ mill-virus.

Share With: