Ira Losco u Sean Gravina jilqgħu f’ħajjithom lil binthom GiGi

Il-familja tal-kantanta Ira Losco u żewġha Sean Gravina, kok rinomat fuq it-televiżjoni, żiedet membru ieħor fil-familja Losco u Gravina.

Siegħa ilu, fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, Ira Losco kitbet li welldet lil binthom GiGi. Hija kitbet li kemm it-tarbija kif ukoll hi jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Losco faħret lit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei li ħa ħsiebha matul din l-esperjenza.

Ċertament li s-sena 2020, bin-negattività kollha li ġabet magħha lid-dinja kollha, se tibqa’ waħda memorabbli għall-familja Losco u Gravina.

Share With: