Isir il-Kampjonat Nazzjonali tal-kwart ta’ mil … bil-bibien magħluqa

Ritratt: Joseph Cachia

Bejn il-Ġimgħa 13 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru ġie organizzat il-ħames u l-aħħar round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-kwart ta’ mil Enemed National Drag Racing Championship. L-avveniment ġie organizzat mill-Assocjazzjoni Maltija tad-Drag Racing ġewwa it-trakka f’Ħal Far.

Dan huwa round li s-soltu jattira numru ta’ barranin minħabba li l-avvenimenti kollha tal-kwart ta’ mil madwar l-Ewropa jkunu spiċċaw peró, din is-sena inħass ħafna n-nuqqas tagħhom. Dan minbarra li  l-avveniment inżamm wara l-bibien magħluqa.

Joseph Agius, Neil Caruana, Ruth Galea, Tritian Pisani, Rosello Cassar, Luke Spiteri, Karl Mifsud, Victor Felice, Juan Mula u Sandro Cutajar rebħu l-Klassijiet Bracket.

Anthony Vella, Tristian Pisani u Jurgen Cassar rebħu l-Klassijiet Index. Matthias Caruana u Chris Polidano rebħu l-Open Classes. Roderick Vella rebaħ il-Klassi CA6 u Wayne Muscat rebaħ il-Klassi Open għal karozzi Front Wheel Drive, Daniel Micallef rebaħ il-Klassi Outlaw ukoll għal karozzi Front Wheel Drive. Tyson Debono u Patrick Cassar rebħu il-Klassijiet tad-Dragsters D4 u D5. Stephen Xuereb rebaħ il-klassi SM5 waqt li Glenn Busuttil rebaħ il-Klassi SM3.

Christian Pace u Emidio Vassallo rebħu l-Escort Class 2 u Escort Class 3. Ryan Scerri rebaħ il-Klassi Four Cylinder Nitro filwaqt li Sandro Cutajar rebaħ il-Klassi Pro-Stock 4. Nicholas Farrugia rebaħ il-Klassi Open 6 u Lawrence Micallef rebaħ il-Klassi SS4.

Briegel Micallef u Chris Vella rebħu il-Klassijiet bracket tal-muturi, u Joseph Grima rebaħ il-Klassijiet Outlaw u Open tal-muturi.

Il-kampjonat tal-kwart ta’ mil mistenni li jirritorna f’Marzu li ġej.

Share With: