Isofri ġrieħi gravi f’argument jaħraq

Libjan sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument. Il-Pulizija kienet informata bl-argument għall-ħabta tal-11.00 p.m.

Jirriżulta li l-Libjan ta’ 27 sena u li joqgħod l-Imsida kellu argument f’San Ġwann ma’ Libjan ieħor, ukoll ta’ 27 sena li joqgħod Tas-Sliema. Huma telqu minn San Ġwann, saqu wara xulxin u l-argument kompla f’parkeġġ li jinsab fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. Waqt l-argument intużat sikkina u l-Libjan li joqgħod l-Imsida sofra xi ġrieħi.

Huwa ħarab minn fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: