Isofri ġrieħi gravi f’argument ma’ mara f’appartament

Raġel ta’ nazzjonalità Niġerjana sofra ġrieħi gravi f’argument li kellu ma’ mara, ukoll ta’ nazzjonalità Niġerjana. Il-Pulizija kienet informata bl-argument li seħħ fi blokka ta’ appartamenti fi Triq il-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar, għall-ħabta tat-3.15 a.m.

Ir-raġel li għandu 24 sena ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: