“It-tfal għandhom jiġu sanzjonati milli jagħtu l-ballun bir-ras” – Wayne Rooney

L-aqwa skorer ta’ kull zmien tal-Ingilterra, Wayne Rooney qal li t-tfal għandhom jiġu sanzjonati milli jagħtu l-ballun bir-ras, u b’hekk ikunu qed isegwu l-eżempju tal-Istati Uniti, biex inaqqsu r-riskju li jimirdu bid-dementia iktar tard fil-ħajja.

L-ex stilla ta’ Barcelona u tat-team nazzjonali Ingliż, Gary Lineker, u r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1966, Geoff Hurst, huma fost l-ismijiet ewlenin li saħqu li għandhom jidħlu fis-seħħ regolamenti ġodda biex jipprevjenu milli t-tfal jagħtu l-ballun bir-ras.

Studju li tmexxa fl-Iskozja kkonkluda li footballers professjonali għandhom ċans ta’ tliet darbiet u nofs iktar li jmutu bid-dementia mill-popolazzjoni ġenerali.

Share With: