“It-tieni konsenja tat-tilqima tal-influwenza fi ftit sigħat oħra” – Id-DPM Chris Fearne

Min-nhar il-Ħadd, 29 ta’ Novembru se jitkompla jingħata s-servizz tat-tilqima kontra l-influenza b’xejn miċ-ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex.

Għall-ewwel ġimgħa, jiġifieri mill-Ħadd 29 ta’ Novembru sal-Ħadd 6 ta’ Diċembru, se jingħataw prijorità persuni ta’ ’l fuq minn 55 sena, tfal li għandhom bejn 3 u 5 snin (iz-żewġ etajiet inklużi) u persuni li  huma ċċertifikati li jbatu minn mard kroniku.  

Iċ-ċentri tas-saħħa kollha se jkunu miftuħa mit-8am sa 7pm mill-Ħadd ’il quddiem.

It-tfal ta’ bejn 3 u 5 snin, u tfal sa 9 snin li jbatu b’mard kroniku jistgħu jirċievu l-vaċċin miċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Floriana, Paola u Għawdex bejn it-8am u s-7pm.

Huwa importanti li kull min imur jieħu l-vaċċin kontra l-influenza jieħu miegħu l-karta t’identifikazzjoni, u fil-każ tal-persuni li jbatu b’mard kroniku trid tkun ppreżentata l-kartuna s-safra jew ċertifikat tat-tabib li turi l-kundizzjoni medika tal-persuna.

Mit-Tnejn 7 ta’ Diċembru l-vaċċin jibda jingħata lill-pubbliku inġenerali.

Share With: