It-tifel il-kbir ta’ Donald Trump jittestja pożittiv għall-COVID-19

Donald Trump Jr, it-tifel il-kbir ta’ dak li se jkun il-President uxxenti tal-Istati Uniti Donald Trump, ittestja pożittiv għall-COVID-19. Huwa ttestja pożittiv fil-bidu tal-ġimgħa u bħalissa jinsab fi kwaraantina mandatorja għalih waħdu.

Trump Jr ma kellu l-ebda sintomi u bħalissa jinsab jsegwi l-pariri mediċi kollha. Donald Trump Jr mhux l-ewwel familjari jew ħaddiem ta’ Donald Trump li nħakem mill-imxija tal-COVID-19. Fix-xhur li għaddew kemm Donald Trump innifsu kif ukoll, martu Melania Trump u ibnu ż-żgħir Baron Trump ittestjaw pożittiv għall-COVID-19.

Share With: