Jagħmel dak li deher impossibbli… jegħleb il-mewt minkejja li tilef mill-qadd ‘l isfel

Żagħżugħ li għadda minn inċident li fih kien involut fork lift għeleb dak li tqies bħala impossibbli u rnexxielu jegħleb il-mewt minkejja li tilef mill-qadd ‘l isfel.

Loren Schauers ta’ 19-il sena, kien qed isir forklifter fuq pont meta dan għal xi raġuni li għadha mhix stabbilita inqaleb. Hu waqa’ għal xejn inqas minn 15-il metru. Iż-żagħżugħ ġiet taħt il-forklifter li għandu piż ta’ erba’ tunnellati.

Hu baqa’ f’sensieh u seta’ jara li minn qaddu l-isfel kien spiċċa tgħaffeġ mill-forklifter. Hu ta’ permess lit-tobba u prrofessuri biex jagħmlu dik li ssejħet ‘hemicorperectomy’ .Din hi operazzjoni biex mill-qadd ‘l isfel jitneħħa u b’hekk ikollu possiblità li jgħix. 

It-tobba qalu lit-tfajla tiegħu, Sabia Reiche, li għandha 21 sena li hu ma keinx se jgħix. Filfatt hi sellmitlu għall-aħħar darba xejn inqas minn sitt darbiet. Hu iżda irnexxielu jgħix. 

Iż-żagħżugħ u Sabia kienu ilhom flimkien tmintax il-xahar meta seħħ l-inċident. Loren li hu minn Great Falls f’Montana, qal li “jien kont konxju meta l-forklift waqa’ fuqi.  Ma kinitx deċiżjoni diffiċli li ħadt li jneħħuli mill-qadd ‘l isfel.  Kienet għażla ta’ ħajja jew mewt.  B’Sabia tibqa’ ħdejja u bil-familja kollha miegħi u madwari, ma kinitx deċiżjoni diffiċli biex neħodha”.

Share With: