Jaħarbu mill-pajjiż bil-katamaran moħbijin taħt trakk… jinqabdu mill-awtoritajiet Taljani u jinġiebu lura Malta

Erba’ Sudaniżi li telqu mill-pajjiż moħbijin taħt trakk abbord il-katamaran intbagħtu l-ħabs wara li ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom. Huma nqabdu mill-awtoritajiet Taljani u sussegwentement inġiebu lura Malta.

Abdul Halim Tajaldin Yahya ta’ 23 sena, Mohamed Atum ta’ 19-il sena, Adel Matason ta’ 21 sena u ġuvni ta’ 15-il sena wieġbu ħatja li telgħu fuq il-vapur mingħajr kunsens u li naqsu li jagħtu informazzjoni lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni kif titlob il-liġi.

Il-minuri kien ikkundannat erba’ xhur priġunerija filwaqt li t-tlieta l-oħra kienu kkundannati disa’ xhur ħabs kull wieħed mill-Maġistrat Doreen Clarke. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts mentri għas-Sudaniżi deher l-Avukat tal-għajnuna legali Benjamin Valenzia. 

Share With: