Jammetti li hedded lill-ġenituri tiegħu

Raġel ta’ 46 sena li sa ftit tal-jiem ilu kien jgħix f’Ħal Għaxaq tressaq fil-Qorti tal-Maġisrati fejn ġie mixli li waddab sikkina lil missieru meta kien fis-sakra. Huwa ġie mixli wkoll li hedded u kkawża’ biża’ lill-ġenituri tiegħu. 

Il-każ seħħ il-Ġimgħa li għadda, wara argument bejn l-imputat u l-ġenituri tiegħu. Fil-Qorti ngħad li din ma kinitx l-ewwel darba li l-imputat ħadha kontra l-ġenturi tiegħu li huma anzjani. 

Kien wara dan l-argument li ommu u missieru ma felħux aktar u marru jirrapportaw lil binhom mal-Pulizija. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat għandu wkoll problema ta’ xorb u użura.

L-imputat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda sostna li ma ġeriex bis-sikkina wara missieru. Il-Qorti ordnat protezzjoni għall-ġenituri għal żmien tliet snin filwaqt li poġġiet lill-imputat taħt ordni ta’ probation u taħt ordni ta’ trattament.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joanna Piscopo. L-Avukat tal-għajnuna legali Josette Sultana dehret għar-raġel.

Share With: