Jason Azzopardi jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari tal-PN sakemm jiġi investigat

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum iltaqa’ mad-Deputat Parlamentari Jason Azzopardi.

Id-Deputat Jason Azzopardi informa lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista bid-deċiżjoni tiegħu sabiex jitlob lill-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali tinvestigah, u dan b’rabta mal-istorja ppublikata minn sezzjoni tal-midja lbieraħ.

L-istarrija temmet tgħid li b’effett immedjat, Dr Azzopardi qabel li ghandu jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u mix-shadow cabinet sakemm tintemm din l-investigazzjoni.

Share With: