“Jekk iridu l-Oppożizzjoni għandi ħafna x’nirrakkonta u x’ngħid fuq persuni ta’ fiduċja taħt gvernijiet Nazzjonalisti” – il-Ministru Edward Zammit Lewis

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis meta tkellem dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja qal li taħt gvern Nazzjonalista kien hemm dipartiment sħiħ – il-EU Coordination Unit u dawn kienu kollha persuni ta’ fiduċja. “Jekk iridu l-Oppożizzjoni għandha ħafna x’nirrakkonta u x’ngħid kif kienu jintużaw il-persu  ni ta’ fiduċja taħt Gvernijiet NazzjonalistI”, qal Edward Zammit Lewis.

Enfasizza li “lil hinn minn Segretarjati u Ministeri, kienu qalu li daħħalna xi 700 bħala nies ta’ fiduċja.  Ftit qabel l-2013 minn verifika li għamilt kien hemm ftit aktar minn 600 persuni ta’ fiduċja, b’inqas ministeri u segretarjati parlamentari. Kien hemm dipartimenti sħaħ mimlijin b’nies ta’ fiduċja.”

Share With: