Jindarab gravi wara li ċediet fuqu ħamrija fin-Naxxar

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tul il-Kosta, fin-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mnn investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien ċeda ħajt bl-ilma u bil-ħamrija fuq raġel ta’ 36 sena mill-Marokk li jirrisjedi l- Gżira.

Ir-raġel ġie assistit mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: