Jindarab gravi wara li qala’ daqqa ta’ siġġu f’argument fTal-Pietà

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa residenza fi Triq Qrajten, Pieta’. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ argument bejn żewġ persuni. Waqt dan l-argument raġel barrani ta’ 38 sena li joqgħod il-Pieta’ weġġa’ b’daqqa ta’ siġġu. 

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi. 

Raġel barrani ta’ 42 sena li joqgħod il-Pietà qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. 

Share With: