Jindarab gravi wara li waqa’ minn għoli f’San Ġiljan

Ir-raġel midrub ġie identifikat bħala raġel mill-Maċedonja ta’ 33 sena.

Qabel: Raġel ndarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:15 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Wilġa f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel; li l-identità tiegħu għadha mhijiex magħrufa kien waqa’ minn għoli waqt li kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: