Jingħata bidu għal Christmas in the City permezz tal-mixgħela tad-dwal fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta u s-Siġra tal-Milied

Illejla ngħata bidu għas-serje ta’ attivitatijiet b’differenza li se jkunu organizzati għal żmien il-Milied fil-Kapitali ta’ Malta, il-Belt Valletta. Christmas in the City beda permezz tal-mixgħela tad-dawl fit-toroq tal-Belt Valletta u s-Siġra tal-Milied.

Jason Micallef, iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali Valletta ħabbar dan fuq is-sit soċjali ta’ Facebook. Huwa qal li fil-jiem li ġejjin se tkompli tikber l-atmosfera tal-Milied f’rispett sħiħ tar-restrizzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Share With: