Jintemm il-kampjonat tal-Moto GP

Proprju nhar il-Ħadd ġie fi tmiem il-kampjonat tal-Moto GP bit-tiġrija tal-Portugall li ntrebħet mis-sewwieq Portugiż Miguel Oliveira (KTM)

Peró, din kienet biss formalitá minħabba li l-Ispajol Joan Mir (Suzuki) kien diġá rebaħ it-titlu għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu.

Intant, Oliveira kiseb ħin ta’ 41 minuta u 48.163 sekondi, segwit mill-Awstraljan Jack Miller (Ducati), it-Taljan Franco Morbidelli (Yamaha) u l-Ispanjol Pal Espargaro (KTM).

Il-klassifika ntemmet hekk (ta’ fuq): 171 – Joan Mir; 158 – Franco Morbidelli; 139 – Alex Rins; 135 – Andrea Dovizioso, Pol Esparagó; 132 – Maverick Vinales, Jack Miller

Share With: