Jisraq muturi ta’ dgħajjes biex isostni l-vizzju tad-droga

Pollakk ta’ 41 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ serq miġjubin fil-konfront tiegħu.

Kamil Rozycki, ġie mixli li fit-13 ta’ Novembru li għadda seraq muturi outboard tal-għamla Suzuki minn Manoel Island. Huwa qed ikun akkużat li sar reċidiv.

Wara li semgħet li s-serq kien motivat mill-vizzju tad-droga, il-Qorti appellat lill-akkużat biex ma jibqax skjav tad-droga.

Is-sentenza se tkun qed tingħata fl-24 ta’ Novembru li ġej.

Għall-akkużat deher l-Avukat Martin Fenech.

Share With: