Joachim Loew mhux f’periklu li jitneħħa

Il-coach tat-team nazzjonali Ġermaniż, Joachim Loew, mhux fil-periklu li jitlef postu minkejja t-telfa umiljanti ta’ 6-0 li sofrew jumejn ilu kontra Spanja. Dan kollu kien ikkonfermat mid-direttur sportiv Ġermaniż, Oliver Bierhoff.

Il-Ġermaniżi kienu litteralment umiljati mill-Ispanjoli li għamlu li riedu liema skor seta’ kien ferm akbar. Ferran Torres kien il-protagonista ta’ din il-partita li ntlagħbet f’Sevilla hekk kif skorja hat-trick.

Din kienet waħda mill-agħar telfiet li qatt sofra t-team nazzjonali Ġermaniż sa mill-1931 meta dakinhar kienu tilfu bl-istess skor kontra l-Awstrija. Lura għal 1909 huma kienu saħansitra qalgħu disgħa f’logħba kontra l-Ingilterra.

Sadanittant kien hemm ħafna kritika mill-ġurnali Ġermaniżi wara din it-telfa tant li qed tintalab ir-riżenja ta’ Loew.

Share With: