John Terry coach ta’ Derby?

John Terry jista’ jkun il-coach il-ġdid ta’ Derby County. Bħalissa dan l-eks player ta’ Chelsea, li llum il-ġurnata għandu 39 sena, jinsab bħala assistent mal-coach ta’ Aston Villa, Dean Smith, fejn qed ikompli jitgħallem ħafna affarijiet. 

Minkejja kollox, is-sid prospettiv ta’ Derby County, Sheik Khaled, jogħġbu ħafna l-profil ta’ Terry u qed iqisu bħala ideali għat-team tar-Rams.

Jidher li anke Wayne Rooney qed jiġi kkunsidrat għal din il-kariga. 

Derby County jinsabu fl-aħħar post taċ-Championship meta għad għandhom biss sitt punti minn 11-il logħba. 

Share With: