Joseph Cuschieri jirreżenja minn Kap Eżekuttiv tal-MFSA

Joseph Cuschieri ppreżenta r-riżenja tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA,  liċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ din l-istess l-Awtorità.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol intqal li l-Ministru Clyde Caruana aċċetta din ir-riżenja u rringrazzjah għax-xogħol li wettaq f’din l-istituzzjoni speċjalment fejn jidħlu t-tisħiħ tal-aspett regolatorju, l-immodernizzar tal-istrutturi, u t-twettiq ta’ riformi importanti fl-MFSA matul dawn l-aħħar snin.

Share With: