Jurgen Degabriele l-aħjar player ta’ Settembru u Ottubru 2020
L-attakkant internazzjonali Malti ta’ Hibernians, Jurgen Degabriele, ingħata l-unur tal-Aħjar Player għax-xhur ta’ Settembru u Ottubru.
Huwa kiseb 80 punt tal-voti hekk kif għeleb l-isfida ta’ Yuri de Jesus Messias (Zejtun C.) – 65 punt, Bojan Kaljevic (Mosta) – 59 punt, Steve Borg (Gzira U.) – 57 punt u Jean Paul Farrugia (Sliema W.) – 34 punt.
F’dawn ix-xahrejn huwa lagħab seba’ partiti tal-kampjonat, b’ħin effettwat ta’ 599 minuta li fihom skorja ħames.
Barra minn hekk huwa kien fost l-iskorers ta’ Malta fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Andorra, fil-UEFA Nations League.
Huwa se jiġi ppreżentat bi trofew qabel il-partita tal-Premier, bejn Hibernians u Sirens, fit-28 ta’ dan ix-xahar.